23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/35
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad — il-Bulgarija) — proċeduri mibdija minn Siegfried János Schneider
(Kawża C-386/12) (1)
(Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kapaċità tal-persuni fiżiċi - Ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet immobiljari in rem - Portata - Proċedura mhux kontenzjuża dwar id-dritt ta’ persuna mqiegħda taħt l-awtorità ta’ kuratur iddomiċiljata fi Stat Membru li tiddisponi mill-beni immobbli tagħha li jinsabu fi Stat Membru ieħor)
2013/C 344/61
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Siegfried János Schneider
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sofiyski Gradski sad — Interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Persuna fiżika suġġetta għall-inkapaċità legali skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tagħha — Talba mressqa minn din il-persuna fi Stat Membru ieħor, bil-kunsens tal-kuratur tagħha, sabiex tkun tista’ tbiegħ il-proprjetà immobbli li wirtet f’dan l-Istat — Ġurisidizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli — Applikabbiltà tal-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 fi proċeduri mhux kontenzjużi
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, u b’mod partikolari l-punt 1 tal-Artikolu 22 tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal proċedura mhux kontenzjuża mressqa minn ċittadin ta’ Stat Membru, iddikjarat parzjalment inkapaċi wara li tqiegħed taħt l-awtorità ta’ kuratur skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat, quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor bil-għan li jikseb l-awtorizzazzjoni li jbigħ is-sehem tiegħu f’beni immobbli, li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, ġaladarba tali proċedura tirriżulta mill-“kapaċità ġuridika ta’ persuni naturali” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) ta’ dan ir-regolament, li huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tiegħu.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012
Full & Egal Universal Law Academy