11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche — l-Italja) — Comune di Ancona vs Regione Marche
(Kawża C-388/12) (1)
(Fondi strutturali - Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Kontribuzzjoni finanzjarja ta’ fond strutturali - Kriterji ta’ eliġibbiltà tal-infiq - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikolu 30(4) - Prinċipju ta’ perennità tal-operazzjoni - Kunċett ta’ “modifika sostanzjali” ta’ operazzjoni - Għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni mingħajr pubblikazzjoni u sejħa għal offerti preċedenti)
2014/C 9/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Comune di Ancona
Konvenuta: Regione Marche
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche — Interpretazzjoni tal-Artikolu 30(4)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31) — Kanċellament u rkupru tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja — Kunċett ta’ “modifika sostanzjali” — Relazzjoni bejn, minn naħa, il-kundizzjoni tal-modifika ta’ din l-allokazzjoni jew tal-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni tal-modifika tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ vantaġġ indebitu lil impriża jew lil awtorità pubblika — Modifika tan-natura funzjonali — Kundizzjoni tal-konformità tal-operazzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu ffinanzjati mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi — Bidla parzjali dwar id-destinazzjoni tax-xogħol iffinanzjat u l-konċessjoni tal-amministrazzjoni tiegħu lil operatur privat barra minn proċedura tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 30(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tat-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-modifiki msemmija f’din id-dispożizzjoni jinkludu kemm dawk li jokkorru fit-twettiq tax-xogħol kif ukoll dawk li jokkorru wara, b’mod partikolari waqt il-ġestjoni ta’ dan tal-aħħar, dment li tali modifiki jsiru matul it-terminu ta’ ħames snin previst fl-imsemmija dispożizzjoni.
(2)
L-Artikolu 30(4) tar-Regolament Nru 1260/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk l-għoti ta’ konċessjoni tiġġenerax dħul sostanzjali għall-konċedent jew vantaġġi indebiti għall-konċessjonarju, ma hemmx lok li l-ewwel jiġi vverifikat jekk ix-xogħol konċess kienx suġġett għal modifika sostanzjali.
(3)
L-Artikolu 30(4) tar-Regolament Nru 1260/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tindirizza kemm l-ipoteżi ta’ modifika fiżika, meta x-xogħol imwettaq ma jkunx konformi ma’ dak li kien previst fil-proġett ammess għall-finanzjament, kif ukoll l-ipoteżi ta’ modifika funzjonali, b’konsapevolezza tal-fatt li f’każ ta’ modifika li tikkonsisti fl-użu ta’ xogħol għal attivitajiet minbarra dawk li kienu previsti inizjalment fil-proġett ammess għall-finanzjament, tali modifika għandha tkun tista’ tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-kapaċità tal-operazzjoni inkwistjoni li tilħaq l-għan li ġie assenjat lilha.
(4)
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-vertenza fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-għoti mingħajr sejħa għal offerti ta’ konċessjoni ta’ servizz pubbliku relatat ma’ xogħol, sakemm dan l-għoti jkun isegwi l-prinċipju ta’ trasparenza li l-osservanza tiegħu, mingħajr ma timplika neċessarjament l-obbligu li ssir sejħa għal offerti, għandha tippermetti impriża li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru minbarra dak li tkun tinsab fih l-awtorità konċedenti li jkollha aċċess għall-informazzjoni adegwata relatata ma’ din il-konċessjoni qabel ma din tingħata b’tali mod li, jekk din l-impriża xtaqet li tagħmel dan, hija kienet tkun f’pożizzjoni li timmanifesta l-interess tagħha sabiex tikseb l-imsemmija konċessjoni, li huwa fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy