24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (li kienet Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich – l-Awstrija) – proċeduri mibdija minn Robert Pfleger, Autoart a.s., Mladen Vucicevic, Maroxx Software GmbH, Ing. Hans-Jörg Zehetner
(Kawża C-390/12) (1)
((Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 15 sa 17, 47 u 50 - Libertà professjonali u dritt għax-xogħol, il-libertà tal-intrapriża, dritt għall-proprjetà, dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, prinċipju ta’ ne bis in idem - Artikolu 51 - Kamp ta’ applikazzjoni - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru - Sanzjonijiet amministrattivi u kriminali - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))
2014/C 194/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (li kienet Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Robert Pfleger, Autoart a.s., Mladen Vucicevic, Maroxx Software GmbH, Ing. Hans-Jörg Zehetner
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich – Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 15 sa 17, 47 u 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operazzjoni ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat (“kleines Glücksspiel”) fin-nuqqas ta’ permess maħruġ mill-awtorità kompetenti – Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ladarba din il-leġiżlazzjoni ma tilħaqx realment l-għan tal-protezzjoni tal-ġugaturi jew tal-ġlieda kontra l-kriminalità u ma tirriflettix verament l-intenzjoni li jitnaqqsu l-okkażjonijiet ta’ logħob jew li tiġi miġġielda l-kriminalità marbuta ma’ dan il-logħob b’mod koerenti u sistematiku.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy