15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Asylgerichtshof — l-Awstrija) — Shamso Abdullahi vs Bundesasylamt
(Kawża C-394/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema Ewropea komuni dwar l-ażil - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil - Stħarriġ tal-osservanza tal-kriterji ta’ responsabbiltà għall-eżami ta’ talba għal ażil - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju)
2014/C 45/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Asylgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Shamso Abdullahi
Konvenuta: Bundesasylamt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Asylgerichtshof — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 10, 16, 18 u 19 tiegħu, kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, tat-2 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200) — Ċittadina Somala li qasmet il-fruntiera tal-Unjoni fil-Greċja minn fejn imbagħad marret, billi għaddiet minn pajjiżi terzi u mill-Ungerija, l-Awstrija, fejn ippreżentat, inqas minn 12-il xahar wara l-ewwel dħul tagħha fit-territorju tal-Unjoni, applikazzjoni għall-ażil — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina din l-applikazzjoni għall-ażil
Dispożittiv
L-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil depożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn Stat Membru jkun aċċetta l-inkarigu ta’ persuna li tkun qegħda tfittex l-ażil b’applikazzjoni tal-kriterju inkluż fl-Artikolu 10(1) tal-imsemmi regolament, jiġifieri, bħala l-Istat Membru tal-ewwel dħul tal-persuna li tkun qegħda tfittex l-ażil fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, din il-persuna tista’ tikkontesta l-għażla ta’ dan il-kriterju biss billi tinvoka l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistematiċi tal-proċedura tal-ażil u tal-kundizzjonijiet ta’ riċeviment tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil f’dak l-Istat Membru li jikkostitwixxu raġunijiet serji u vverifikati li jwasslu għall-konvinzjoni li l-imsemmija persuna ser tassumi riskju reali li tiġi ssuġġettata għal trattamenti inumani jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy