22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-411/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Tariffi preferenzjali tal-elettriku - Deċiżjoni 2011/746/UE - Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Irkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu stabbilit)
2014/C 52/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Grespan u S Thomas, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, assistit minn S. Fiorentino, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (ĠU L 309, p. 1) — Obbligu li tiġi rkuprata mingħajr dewmien l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni u li l-Kummissjoni tiġi informata b’dan.
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħaditx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand Portovesme Srl u Eurallumina SpA l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy