7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-412/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’landfill - Operat fl-assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament għas-sit - Obbligu ta’ għeluq)
2013/C 260/31
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u D. Düsterhaus, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: M. Chatzigeorgiou u K. Lykourgos, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfills] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) — Tkomplija tal-operat tal-landfills ta’ Lefkosia u Limassol fl-assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament għas-sit
Dispożittiv
(1)
Billi ma għalqitx il-landfills mhux ikkontrollati kollha tar-rimi tal-iskart (XADA) li huma operati fit-territorju tagħha u billi ma kkonformatx ruħha mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfills], ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy