29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea — ir-Rumanija) — SC Fatorie SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bihor
(Kawża C-424/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Awtolikwidazzjoni - Dritt għal tnaqqis - Ħlas tat-taxxa lill-fornitur ta’ servizzi - Ommissjoni ta’ riferimenti obbligatorji - Ħlas ta’ VAT mhux dovuta - Telf tad-dritt għal tnaqqis - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ ċertezza legali)
2014/C 93/17
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Fatorie SRL
Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bihor
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Oradea — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Telf tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT minħabba li fil-fattura ma ssemmietx l-applikazzjoni tas-sistema ta’ awtolikwidazzjoni — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Deċiżjoni li tordna l-ħlas tal-ammont tal-VAT imnaqqas b’mod żbaljat u l-interessi kif ukoll l-ħlas ta’ penalitajiet moratorji wara deċiżjoni irrevokabbli li tirrikonoxxi d-dritt għat-tnaqqis — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Ħlas tal-VAT indikata b’mod żbaljat minn terz fil-fattura — Assenza ta’ intervent tal-awtoritajiet fiskali bil-għan li tiġi kkoreġuta l-fattura u l-impossibbiltà li tiġi korretta a posteriori
Dispożittiv
(1)
Fil-kuntest ta’ tranżazzjoni suġġetta għas-sistema tal-awtolikwidazzjoni, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludux li l-benefiċjarju ta’ servizzi jinċaħad mid-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li huwa indebitament ħallas lill-fornitur ta’ servizzi abbażi ta’ fattura stabbilita b’mod żbaljat, inkluż meta l-korrezzjoni ta’ dan l-iżball hija impossibbli minħabba l-falliment tal-imsemmi fornitur.
(2)
Il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jipprekludix prassi amministrattiva nazzjonali li tikkonsisti fir-revoka, b’terminu ta’ dekadenza, ta’ deċiżjoni li permezz tagħha hija rrikonoxxiet li l-persuna taxxabbli għandha dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud iżda, wara kontroll ġdid, talbet din it-taxxa lura u interessi moratorji.
(1) ĠU C 379, 08.12.2012
Full & Egal Universal Law Academy