26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-428/12) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni - Trasport privat addizzjonali ta’ merkanzija - L-ewwel vettura tal-flotta ta’ impriża - Regoli għall-kisba tal-liċenzja tat-trasport bit-triq - Sigurtà fit-triq u protezzjoni tal-ambjent))
2014/C 159/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martin u G. Wilms, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego u Centeno Huerta, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 34 u 36 TFUE – Għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-vetturi bil-mutur – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ, sabiex tinkiseb “liċenzja ta’ trasport privat addizzjonali”, li l-ewwel reġistrazzjoni tal-ewwel vettura tqila tal-flotta ta’ impriża ma tkunx saret iktar minn ħames xhur qabel
Dispożittiv
1)
Billi impona, fl-Artikolu 31 tas-sentenza FOM/734/2007, tal-20 ta’ Marzu 2007, li tiddefinixxi r-regoli ta’ applikazzjoni tal-liġi li tirregola t-trasport fuq l-art fil-qasam ta’ liċenzji ta’ trasport bit-triq ta’ merkanzija, għal vetturi li l-massa massima awtorizzata taqbeż it-3,5 tunnellati, ir-rekwiżit li jgħid li, sabiex tinkiseb liċenzja ta’ trasport privat addizzjonali ta’ merkanzija, l-ewwel vettura tal-flotta ta’ impriża ma għandhiex tkun eqdem minn ħames xhur minn mindu ġiet irreġistrata għall-ewwel darba, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 34 TFUE.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 379, 8.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy