22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — proċeduri mibdija minn X
(Kawża C-437/12) (1)
(Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa ta’ reġistrazzjoni - Prodotti nazzjonali simili - Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali)
2014/C 52/29
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te 's-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
X
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te 's-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 110 TFUE — Taxxi interni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa ta’ reġistrazzjoni mal-ewwel użu ta’ karozza fin-netwerk tat-toroq nazzjonali — Ammont tat-taxxa li mill-2010 jiddependi mill-emissjonijiet tas-CO2 — Karozza li tqoegħed fiċ-ċirkukazzjoni fl-2006 barra mill-pajjiż u rreġistrata fit-territorju nazzjonali fl-2010
Dispożittiv
(1)
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 110 TFUE, il-prodotti nazzjonali simili komparabbli għal vettura użata, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ntużat l-ewwel darba qabel l-1 ta’ Frar 2008 u li ġiet importata u rreġistrata fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010, huma l-vetturi li huma diġà fis-suq Olandiż li għandhom l-eqreb karatteristiċi ma’ dawk tal-imsemmija vettura inkwistjoni.
(2)
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa, bħat-taxxa fuq il-karozzi u l-muturi (“belasting personenauto’s en motorrijwielen”) fis-seħħ fl-2010, jekk u sa fejn l-ammont ta’ din it-taxxa imposta fuq il-vetturi użati importati matul ir-reġistrazzjoni tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi jaqbeż l-ammont residwali l-iktar baxx tiegħu, inkorporat fil-valur tal-vetturi użati simili diġà rreġistrati f’dan l-istess Stat Membru.
(1) ĠU C 399, 22.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy