14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Metropol Spielstätten Unternehmergesellschaft (haftungsbeschränkt) vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf
(Kawża C-440/12) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Logħob tal-ażżard jew tal-flus - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta b’mod kumulattiv għall-VAT u għal tariffa speċjali t-tħaddim ta’ slot machines b’possibbiltà ta’ rebħ limitat - Ammissibbiltà - Valur taxxabbli - Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tittrasferixxi l-VAT)
2013/C 367/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Metropol Spielstätten Unternehmergesellschaft (haftungsbeschränkt)
Konvenuti: Finanzamt Hamburg-Bergedorf
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(2), l-Artikolu 73 u l-Artikolu 135(1)(i) kif ukoll tal-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Intaxxar tal-logħob tal-ażżard jew tal flus — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-operar tal-magni b’rebħ limitat b’mod kumulattiv għall-VAT u għal tariffa speċjali
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 135(1)(i) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxa speċjali nazzjonali fuq il-logħob tal-ażżard jistgħu jiġu miġbura b’mod kumulattiv, bil-kundizzjoni li din it-taxxa tal-aħħar ma jkollhiex il-karatteristiċi ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ.
(2)
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati, fis-sens li ma jipprekludux li dispożizzjoni jew prattika nazzjonali skont liema, għall-operat ta’ slot machines b’possibbiltà ta’ rebħ, l-ammont ta’ dħul tal-fond ta’ dawn l-islot machines wara d-dekors ta’ perijodu determinat huwa meqjus bħala valur taxxabbli.
(3)
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema nazzjonali li tirregola taxxa mhux armonizzata skont liema t-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta hija addebitata proprju f’din l-ewwel taxxa.
(1) ĠU C 389, 15.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy