24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV vs Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA
(Kawża C-441/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2003/71/KE - Artikolu 3(1) - Obbligu li jiġi ppubblikat prospett meta jiġu offruti titoli għall-bejgħ lill-pubbliku - Bejgħ sfurzat ta’ titoli))
2014/C 421/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV
Konvenuti: Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, kif emendata permezz tad-Direttiva 2008/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett qabel kwalunkwe offerta ta’ titoli lill-pubbliku ma huwiex applikabbli għal bejgħ sfurzat ta’ titoli, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy