15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – W. P. Willems vs Burgemeester van Nuth (C-446/12), H. J. Kooistra vs Burgemeester van Skarsterlân (C-447/12), M. Roest vs Burgemeester van Amsterdam (C-448/12), L. J. A. van Luijk vs Burgemeester van Den Haag(C-449/12)
(Kawżi Magħquda C-446/12 sa C-449/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Passaport bijometriku - Data bijometrika - Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Artikolu 1(3) - Artikolu 4(3) - Użu ta’ data miġbura għal finijiet oħra minbarra l-ħruġ ta’ passaporti u ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar - Kostituzzjoni u użu ta’ databases li jinkludu data bijometrika - Garanziji legali - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 8 - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 6 u 7 - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Dritt għall-protezzjoni tad-data personali - Applikazzjoni għall-karti tal-identità))
(2015/C 198/02)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: W. P. Willems (C-446/12), H. J. Kooistra (C-447/12), M. Roest (C-448/12), L. J. A. van Luijk (C-449/12)
Konvenuti: Burgemeester van Nuth (C-446/12), Burgemeester van Skarsterlân (C-447/12), Burgemeester van Amsterdam (C-448/12), Burgemeester van Den Haag (C-449/12)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi regolament ma huwiex applikabbli għall-karti tal-identità maħruġa minn Stat Membru liċ-ċittadini tiegħu, bħall-karti tal-identità Olandiżi, irrispettivament kemm mit-tul ta’ validità tagħhom kif ukoll mill-possibbiltà li jintużaw matul il-vjaġġi li jsiru barra minn dan l-Istat.
2)
L-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2252/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 444/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri li jiggarantixxu, fil-leġiżlazzjoni tagħhom, li d-data bijometrika miġbura u maħżuna skont l-imsemmi regolament li mhux ser tkun miġbura, ipproċessata u użata għal finijiet oħra minbarra l-ħruġ tal-passaport jew tad-dokument tal-ivvjaġġar, tali aspett ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy