25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Granton Advertising BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden/kantoor Den Haag
(Kawża C-461/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13(B)(d)(3) u (5) - Kunċetti ta’ “sigurtajiet oħrajn” u ta’ “strumenti oħrajn negozzjabbli” - Skema ta’ promozzjoni tal-bejgħ - Kard ta’ tnaqqis - Valur taxxabbli))
2014/C 282/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Granton Advertising BV
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst Haaglanden/kantoor Den Haag
Dispożittiv
L-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bejgħ ta’ kard ta’ tnaqqis, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix tranżazzjoni relatata ma’ “sigurtajiet oħrajn” jew li tikkonċerna “strumenti oħrajn negozzjabbli” fis-sens, rispettivament, tal-punti 5 u 3 ta’ din id-dispożizzjoni, li tinkludi tranżazzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013
Full & Egal Universal Law Academy