29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — l-Isvezja) — Nils Svensson, Sten Sjögren, Madelaine Sahlman, Pia Gadd vs Retriever Sverige AB
(Kawża C-466/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjon - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Avviż lill-pubbliku - Kunċett - Link tal-internet (“links li tikklikkja fuqhom”) li jagħtu aċċess għal xogħlijiet protetti)
2014/C 93/18
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nils Svensson, Sten Sjögren, Madelaine Sahlman, Pia Gadd
Konvenuta: Retriever Sverige AB
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Svea Hovrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Sit tal-internet ta’ riċerka u sorveljanza li jiżgura lill-abbonati tiegħu servizz ta’ aċċess għal xogħlijiet protetti, bi ħlas — Provvista minn persuna oħra li ma hijiex l-awtur tax-xogħol jew minn dawk li għandhom id-dritt għal link fuq il-paġna tal-web tagħha li tagħti aċċess għall-biċċa tax-xogħol
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista fuq sit internet ta’ links li tikklikkja fuqhom li jwasslu għal xogħlijiet liberament disponibbli fuq sit tal-internet ieħor ma tikkostitwixxix att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku.
(2)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jagħti protezzjoni iktar wiesgħa lit-titulari ta’ dritt tal-awtur billi jipprovdi li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jinkludi iktar operazzjonijiet minn dawk imsemmija f’din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 379, 8.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy