12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Verband Österreichischer Banken und Bankiers
(Kawża C-476/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ftehim qafas dwar xogħol part-time - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ftehim kollettiv li jipprevedi allowance għall-ulied dipendenti - Kalkolu tal-allowance mħallsa lil ħaddiema part-time skont il-prinċipju ta’ pro rata temporis))
(2015/C 007/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Österreichischer Gewerkschaftsbund
Konvenuta: Verband Österreichischer Banken und Bankiers
Dispożittiv
Il-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prinċipju ta’ pro rata temporis japplika għall-kalkolu tal-ammont ta’ allowance għall-ulied dipendenti mogħtija mill-persuna li timpjega lil ħaddiem part-time, b’eżekuzzjoni ta’ ftehim kollettiv bħall-ftehim kollettiv applikabbli għall-impjegati tal-banek u l-bankiera Awstrijaċi.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013
Full & Egal Universal Law Academy