11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Feldkirch — l-Awstrija) — Armin Maletic, Marianne Maletic vs GmbH, TUI Österreich GmbH
(Kawża C-478/12) (1)
(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 16(1) - Kuntratt ta’ vjaġġ konkluż bejn konsumatur iddomiċiljat fi Stat Membru u aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fi Stat Membru ieħor - Fornitur tas-servizzi użat mill-aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-konsumatur - Dritt tal-konsumatur li jressaq, quddiem il-qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu, azzjoni kontra dawn iż-żewġ impriżi)
2014/C 9/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Feldkirch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Armin Maletic, Marianne Maletic
Konvenuti: GmbH, TUI Österreich GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Feldkirch — Interpretazzjoni tal-Aritkolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kuntratti tal-konsumatur — Kuntratt ta’ vjaġġ bi prezz kollox kompriż konkluż bejn konsumatur u impriża — Sitwazzjoni fejn l-impriża tkun iddomiċiljata fi Stat Membru differenti mill-konsumatur u tinqeda, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt imsemmi, b’impriża ddomiċiljata fl-Istat Membru tal-konsumatur — Possibbiltà ta’ dritt tal-konsumatur li jressaq, quddiem il-qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu, azzjoni kontra dawn iż-żewġ impriżi
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “parti l-oħra fil-kuntratt” previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ukoll għall-parti kontraenti tal-operatur li magħha l-konsumatur kien ikkonkluda dan il-kuntratt u li għandha s-sede tagħha fit-territorju tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy