22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank ’s Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Georgetown University vs Octrooicentrum Nederland, li qed taġixxi taħt l-isem NL Octrooicentrum
(Kawża C-484/12) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3 - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ dan iċ-ċertifikat - Possibbiltà li jinkisbu diversi ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari derivanti mill-istess privattiva)
2014/C 52/33
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank ’s Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgetown University
Konvenuta: Octrooicentrum Nederland, li qed taġixxi taħt l-isem NL Octrooicentrum
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank ’s Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(c) u 14(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Kundizzjonijiet għal kisba taċ-ċertifikat — Privattiva bażika fis-seħħ li tkopri diversi prodotti — Dritt jew le għaċ-ċertifikat għal kull prodott
Dispożittiv
Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali fejn, fuq il-bażi ta’ privattiva bażika u tal-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq li jikkonsisti f’kompożizzjoni ta’ diversi ingredjenti attivi, il-proprjetarju ta’ dan tal-aħħar ikun diġà kiseb ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal din il-kompożizzjoni ta’ ingredjenti attivi, protetta minn din il-privattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, l-Artikolu 3(c) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dan il-proprjetarju jikseb ukoll ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal wieħed minn dawn l-ingredjenti attivi, li, meħud individwalment, huwa protett ukoll bħala tali mill-imsemmija privattiva.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy