8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Ir-Renju Unit) — Dixons Retail plc vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-494/12) (1)
(Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Provvista ta’ oġġetti - Kunċett - Użu frawdolenti ta’ kard bankarja)
2014/C 39/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dixons Retail plc
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 14(1) u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija” — Kunsinna wara xirja magħmula permezz tal-użu mhux awtorizzat u frawdolenti ta’ kard tal-kreditu
Dispożittiv
L-Artikoli 2(1), 5(1) u 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll 2(1)(a), 14(1) u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-trasferiment fiżiku ta’ oġġett lil xerrej li juża b’mod frawdolenti kard bankarja bħala mezz ta’ ħlas jikkostitwixxi “provvista ta’ oġġetti” fis-sens tal-imsemmija Artikoli 2(1), 5(1), 2(1)(a) u 14(1), u li, fil-kuntest ta’ tali trasferiment, il-ħlas magħmul minn terz, skont ftehim konkluż bejn dan tal-aħħar u l-fornitur ta’ dan l-oġġett, li permezz tiegħu dan it-terz intrabat li jħallas lil dan il-fornitur l-oġġetti mibjugħa minnu lil xerrejja li jużaw tali karda bħal mezz ta’ ħlas, jikkostitwixxi “konsiderazzjoni” fis-sens tal-Artikoli 11A(1)(a) u 73.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013
Full & Egal Universal Law Academy