25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Jessy Saint Prix vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-507/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 7 - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Ċittadina tal-Unjoni Ewropea li rrinunzjat għax-xogħol minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji ta’ tqala u mal-effetti tal-ħlas))
2014/C 282/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jessy Saint Prix
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
fil-preżenza ta’:AIRE Centre
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li mara, li tieqaf mix-xogħol jew milli tfittex impjieg minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji tat-tqala tagħha u mal-effetti tal-ħlas, iżżomm il-kwalità ta’ “ħaddiem”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm hija tassumi mill-ġdid ix-xogħol tagħha jew issib impjieg ieħor fi żmien raġonevoli wara t-twelid tal-wild tagħha.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy