26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “4finance” UAB vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba, Valstybinę mokesčių inspekciją prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-515/12) (1)
((Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Skemi promozzjonali piramidali - Rilevanza tal-kontribuzzjoni eventwali tal-konsumaturi mħallsa sabiex jirċievu kumpens - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “kontribuzzjoni”))
2014/C 159/08
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“4finance” UAB
Konvenuti: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba, Valstybinę mokesčių inspekciją prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – Interpretazzjoni tal-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) – Skema promozzjonali piramidali li tippermetti lil konsumatur, wara li jkun ħallas kontribuzzjoni simbolika, li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra, minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti – Effett tal-ammont tal-kontribuzzjoni sabiex l-iskema tiġi kklassifikata bħala skema promozzjonali piramidali – Importanza tad-daqs tal-finanzjament tal-kumpens permezz ta’ kontribuzzjonijiet ta’ konsumaturi ġodda – Rekwiżit li dan il-kumpens ikun totalment jew fil-parti l-kbira ffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-membri l-ġodda
Dispożittiv
Il-Punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali biss meta tali skema teżiġi mill-konsumatur kontribuzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-ammont tagħha, inkambju għall-opportunità għal dan tal-aħħar li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013
Full & Egal Universal Law Academy