14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria — l-Ungerija) — OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság vs Hochtief Solution AG
(Kawża C-519/12) (1)
(Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 5 (1)(a) - Kunċett ta’ “materji kuntrattwali”)
2013/C 367/34
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság
Konvenuta: Hochtief Solution AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Kúria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ Stat Membru f’materji kuntrattwali — Azzjoni mressqa minn kreditur, fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ kreditu, kontra kumpannija li għandha sehem li jagħtiha kontroll fil-kumpannija debitriċi li hija parti fil-kuntratt skont ir-regoli nazzjonali speċifiċi li jirregolaw ir-responsabbiltà ta’ din l-ewwel kumpannija
Dispożittiv
Ma tistax titqies bħala li taqa’ taħt “materji kuntrattwali” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kwistjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-leġiżlazzjoni nazzjonali timponi fuq persuna l-obbligu li tissodisfa djun ta’ kumpannija li għandha l-kontroll tagħha, minħabba l-fatt li din il-persuna naqset milli tissodisfa l-obbligi ta’ dikjarazzjoni konsekuttivi ta’ teħid ta’ kontroll ta’ din il-kumpannija.
(1) ĠU C 46, 16.2.2013
Full & Egal Universal Law Academy