11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht — il-Ġermanja) — Tevfik Isbir vs DB Services GmbH
(Kawża C-522/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Direttiva 96/71/KE - Rata ta’ paga minima - Somom f’daqqa u kontribuzzjoni min-naħa tal-persuna li timpjega u pjan ta’ tfaddil multiannwali favur l-impjegati tiegħu)
2014/C 9/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tevfik Isbir
Konvenuta: DB Services GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesarbeitsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431) — Kalkolu tar-rata minima ta’ ħlas — Inklużjoni eventwali tal-kontribuzzjoni tal-persuna li timpjega fi pjan ta’ tfaddil multiannwali favur l-impjegati tagħha — Sitwazzjoni li fiha l-impjegati ma jistgħux jaċċedu għal dawn l-assi matul diversi snin
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-integrazzjoni fil-paga minima ta’ elementi ta’ remunerazzjoni li ma jibdlux ir-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan tal-aħħar jirċievi għal dan ix-xogħol, min-naħa l-oħra. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-elementi ta’ remunerazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013
Full & Egal Universal Law Academy