29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bonn — il-Ġermanja) — Mömax Logistik GmbH vs Bundesamt für Justiz
(Kawża C-528/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 78/660/KEE - Pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali kkonsolidati ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji - Applikazzjoni tar-regoli ta’ pubblikazzjoni ta’ dawn il-kontijiet għal kumpanniji rregolati mid-dritt ta’ Stat Membru u li jiffurmaw parti minn grupp li l-kumpannija parent tiegħu hija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor)
2014/C 93/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Bonn
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mömax Logistik GmbH
Konvenuta: Bundesamt für Justiz
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Bonn — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 57(1) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21) — Dritt tal-Istati Membri li ma japplikawx għall-kumpanniji dipendenti ta’ grupp irregolat mid-dritt nazzjonali tagħhom id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontenut, il-verifika kif ukoll il-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali, jekk il-kumpannija dominanti tal-grupp hija suġġetta għad-dritt ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi din il-possibbiltà fil-każ fejn il-kumpannija dominanti tkun suġġetta għad-dritt tiegħu u li teskludiha fil-każ fejn hija tkun suġġetta għad-dritt ta’ Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 57 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata bid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta lil sussidjarja rregolata mid-dritt ta’ dan l-Istat Membru mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija Direttiva dwar il-kontenut, il-verifika u l-pubblikazzjoni ta’ kontijiet annwali biss jekk il-kumpannija parent tkun ukoll irregolata mid-dritt tal-imsemmi Stat Membru.
(1) ĠU C 63, 02.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy