25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 – Commune de Millau, Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-531/12 P) (1)
((Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ sussidju li jikkonċerna żvilupp lokali - Rimbors ta’ parti mill-pagamenti mħallsa bil-quddiem - Irkupru ta’ dejn - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Responsabbiltà tal-Kummissjoni))
2014/C 282/08
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Commune de Millau, Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) (rappreżentanti: L. Hincker u F. Bleykasten, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u D. Calciu, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Il-Kummissjoni vs SEMEA u Commune de Millau (T-168/10 u T-572/10) hija annullata sa fejn din ddeċidiet, skont il-kontrotalba tal-Commune de Millau u ta’ Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA), li ma kienx hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-Kummissjoni Ewropea u d-dannu allegatament subit bħala riżultat tal-kundanna għall-ħlas ta’ interessi moratorji.
2)
Il-kontrotalba tal-Commune de Millau u ta’ Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) hija parzjalment milqugħa u l-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas tliet kwarti mill-ammont korrispondenti għall-interessi moratorji bir-rata legali applikata fi Franza akkumulati bejn is-27 ta’ April 1993 u t-18 ta’ Novembru 2005.
3)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll tal-appell, għal kwart mill-ispejjeż sostnuti mill-Commune de Millau u minn Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) f’dawn iż-żewġ istanzi.
5)
Il-Commune de Millau u Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom relatati kemm mal-ewwel istanza kif ukoll mal-appell.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy