4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Employment Tribunal, Nottingham – ir-Renju Unit) – Z.J.R. Lock vs British Gas Trading Limited et
(Kawża C-539/12) (1)
((Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Kompożizzjoni tar-remunerazzjoni - Salarju bażiku u kummissjoni skont id-dħul mill-bejgħ imwettaq))
2014/C 253/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Employment Tribunal, Nottingham
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Z.J.R. Lock
Konvenuti: British Gas Trading Limited et
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Employment Tribunal, Leicester – Ir-Renju Unit – Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197) kif emendata bid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) – Konsulent li jirċievi salarju bażiku flimkien ma’ primjums mensili skont id-dħul mill-bejgħ li jkun sar u n-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ konklużi, imħallsa meta jiskadi ż-żmien – Kontinwazzjoni tas-salarju bażiku matul il-leave annwali, iżda mhux tal-primjums, ħlief għal dawk marbuta mal-provvisti li jsiru qabel il-leave.
Dispożittiv
1)
Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet u prattiki nazzjonali li jipprovdu li ħaddiem li r-remunerazzjoni tiegħu tikkonsisti, minn naħa waħda, f’salarju bażiku u, min-naħa l-oħra, f’kummissjoni li l-ammont tagħha huwa stabbilit b’riferiment għall-kuntratti konklużi mill-persuna li timpjega li huma riżultat tal-bejgħ imwettaq minn dan il-ħaddiem, għandu dritt biss, fuq il-bażi tal-leave annwali mħallas tiegħu, għal remunerazzjoni li tikkonsisti esklużivament fis-salarju bażiku tiegħu.
2)
Il-metodi ta’ kalkolu tal-kummissjoni li għaliha ħaddiem, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, għandu dritt fuq il-bażi tal-leave annwali tiegħu għandhom jiġu evalwati mill-qorti nazzjonali, fuq il-bażi tar-regoli u tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-għan imfittex mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.
(1) ĠU C 46, 16.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy