11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-547/12 P) (1)
(Appell - FAEGG - Taqsima “Garanzija” - Clearance tal-kontijiet tal-Awtoritajiet tal-Ħlas ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-ispejjeż iffinanzjati mill-Fondi - Ammonti rekuperabbli mingħand ir-Repubblika Ellenika wara nuqqas ta’ rkupru fit-termini previsti - Żnaturament tal-provi)
2014/C 9/22
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-158/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 810 finali, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar il-konsegwenzi finanzjarji applikabbli, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-ispejjeż iffinanzjati mit-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), f’ċerti każijiet ta’ irregolaritajiet imwettqa minn operaturi
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy