15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-554/12 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 86(3) KE - Żamma tad-drittijiet privileġġjati mogħtija mir-Repubblika Ellenika favur impriża pubblika għall-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tad-depożiti tal-linjite - Ksur - Deċiżjoni - Inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ulterjuri - Stabbiliment ta’ miżuri speċifiċi - Soluzzjoni għall-effetti antikompetittivi tal-ksur - Rikors għal annullament))
2014/C 315/09
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Oikonomou, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (rappreżentanti: P. Anestis, avukat), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos, M.-T. Marinos u K. Boskovits, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea DEI vs Il-Kummissjoni (T-421/09, EU:T:2012:450) hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy