11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Wam Industriale SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-560/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annulat id-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)
2014/C 9/23
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Wam Industriale SpA (rappreżentanti: E. Giliani u R. Bertoni, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, Wam Industriale vs Il-Kummissjoni (T-303/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur WAM SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġonevoli
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Wam Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 02.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy