15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus — l-Estonja) — Nordecon AS, Ramboll Eesti AS vs Rahandusministeerium
(Kawża C-561/12) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt - Possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tinnegozja offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kuntratt)
2014/C 45/28
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nordecon AS, Ramboll Eesti AS
Konvenuta: Rahandusministeerium
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Riigikohus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt — Possibbiltà jew le tal-awtorità kontraenti li tibda negozjati fir-rigward ta’ offerti li ma humiex konformi mar-rekwiżiti imperattivi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt pubbliku — Speċifikazzjonijiet tekniċi mibdula matul in-negozjati — Possibbiltà li l-kuntratt pubbliku jingħata lill-offerent li jipproponi offerta mhux konformi ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi
Dispożittiv
L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jawtorizzax lill-awtorità kontraenti tinnegozja mal-offerenti offerti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti imperattivi stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt.
(1) ĠU C 38, 09.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy