22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria — l-Ungerija) — BDV Hungary Trading Kft (fi stralċ) vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-563/12) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 146 - Eżenzjonijiet għall-esportazzjoni - Artikolu 131 - Kundizzjonijiet iffissati mill-Istati Membri - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-beni intiż għall-esportazzjoni għandu jkun ħalla t-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea f’terminu fiss ta’ 90 jum wara l-kunsinna)
2014/C 52/35
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BDV Hungary Trading Kft (fi stralċ)
Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Kúria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikoli 131, 146 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni — Kumpannija li teżerċita attività ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel ippreżervat fil-laned li tbiegħ prodotti intiżi sabiex jiġu kkummerċjalizzati mix-xerrej f’pajjiżi terzi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT għall-bejgħ ta’ prodotti fuq l-esportazzjoni barra mill-Unjoni bil-kundizzjoni li t-terminu bejn il-bejgħ u d-data ta’ ħruġ tal-prodotti mit-territorju nazzjonali ma jaqbiżx 90 ġurnata.
Dispożittiv
L-Artikoli 146(1) u 131 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema, fil-kuntest ta’ kunsinna għall-esportazzjoni, il-beni intiżi għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ħallew it-territorju tal-Unjoni f’terminu fiss ta’ tliet xhur jew ta’ 90 jum wara d-data ta’ kunsinna, peress li s-sempliċi skadenza ta’ dan it-terminu għandha l-konsegwenza li ċċaħħad definittivament lill-persuna taxxabbli mill-eżenzjoni ta’ din il-kunsinna.
(1) ĠU C 114, 20.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy