25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Centro Hospitalar de Setúbal, EPE, Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH) vs Eurest Portugal – Sociedade Europeia de Restaurantes Lda
(Kawża C-574/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Għoti tal-kuntratt mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti (għoti msejjaħ “in house”) - Persuna li tingħata l-kuntratt ġuridikament distinta mill-awtorità kontraenti - Ċentru ta’ provvista ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ sostenn fl-isptarijiet - Assoċjazzjoni ta’ utilità pubblika u mingħajr skop ta’ lukru - Maġġoranza tal-membri magħmula minn awtoritajiet kontraenti - Minoranza tal-membri magħmula minn entitajiet irregolati mid-dritt privat, assoċjazzjonijiet tal-karità mingħajr skop ta’ lukru - Attività mwettqa tal-inqas għal 80 % tad-dħul mill-bejgħ annwali favur membri))
2014/C 282/10
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centro Hospitalar de Setúbal, EPE, Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH)
Konvenuta: Eurest Portugal – Sociedade Europeia de Restaurantes Lda
Dispożittiv
Meta l-entità li tingħata kuntratt pubbliku tkun assoċjazzjoni ta’ utilità pubblika mingħajr skop ta’ lukru li, waqt l-għoti ta’ dan il-kuntratt, kellha fost il-membri tagħha mhux biss entitajiet tas-settur pubbliku, iżda wkoll istituzzjonijiet privati ta’ solidarjetà soċjali li jeżerċitaw attivitajiet mingħajr skop ta’ lukru, il-kundizzjoni li tirrigwarda l-“kontroll analogu”, stabbilita bil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex l-għoti ta’ kuntratt pubbliku jkun jista’ jitqies bħala operazzjoni “in house”, ma tkunx issodisfatta, b’mod li d-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], tkun applikabbli.
(1) ĠU C 79, 16.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy