10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Valsts robežsardze
(Kawża C-575/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Artikoli 24(1) u 34 - Viża uniformi - Annullament jew revoka ta’ viża uniformi - Validità ta’ viża uniformi mwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar annullat - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Artikoli 5(1) u 13(1) - Verifiki fuq il-fruntieri - Kundizzjonijiet għad-dħul - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi viża valida mwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu))
2014/C 395/09
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Baltic Corporation AS
Konvenut: Valsts robežsardze
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 24(1) u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-annullament, minn awtorità ta’ pajjiż terz, ta’ dokument tal-ivvjaġġar ma jwassalx, ipso jure, għall-invalidità ta’ viża uniformi mwaħħla fuq dan id-dokument.
2)
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew, tal-25 ta’ Marzu 2010, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġettax id-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Istati Membri għall-kundizzjoni li, mal-verifika fuq il-fruntieri, il-viża valida ppreżentata tkun neċessarjament imwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu.
3)
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 265/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1), ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta d-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għall-kundizzjoni li, mal-verifika fuq il-fruntieri, il-viża valida ppreżentata għandha neċessarjament tkun imwaħħla fuq dokument tal-ivvjaġġar validu.
(1) ĠU C 38, 9.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy