10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – Estonja) – Sintax Trading OÜ vs Maksu- ja Tolliameti
(Kawża C-583/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Miżuri intiżi li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija ffalsifikata jew pirata - Artikolu 13(1) - Kompetenza tal-awtoritajiet doganali li jikkonstataw il-ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali))
2014/C 175/10
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sintax Trading OÜ
Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Riigikohus – Interpretazzjoni tal-Artikoli 13(1) u 17 kif ukoll il-premessi 1, 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469) – Miżuri intiżi sabiex jostakolaw it-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija ffalsifikata u pirata – Proċedura intiża sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali – Kompetenza tal-awtoritajiet doganali fil-qasam tal-konstatazzjoni tal-ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali – Dritt tal-awtoritajiet doganali li jibdew proċedura ex officio sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm ksur ta’ dritt tal- proprjetà intellettwali mingħajr ma jkun neċessarju li d-detentur tad-dritt jibda l-imsemmija proċedura
Dispożittiv
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet doganali, fl-assenza ta’ kwalunkwe inizjattiva mid-detentur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, jibdew huma stess u jimplementaw il-proċedimenti intiżi b’din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet meħuda f’dan il-qasam minn dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiġu suġġetti għal azzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jnisslu mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, minn dan ir-regolament.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013
Full & Egal Universal Law Academy