11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-587/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rati mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru taghha - Deċiżjoni adottata wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)
2014/C 9/24
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-257/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur Wam SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ kontradittorju — Awtorità ta’ res judicata — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Regolament de minimis
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 2.3.2013
Full & Egal Universal Law Academy