28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Loredana Napoli vs Ministero della Giustizia – Dipartimento Amministrazione Penitenziaria
(Kawża C-595/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol - Kors ta’ taħriġ għall-finijiet tal-kisba tal-istatus ta’ uffiċjal - Esklużjoni minħabba assenza fit-tul - Assenza dovuta għal leave tal-maternità)
2014/C 129/05
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Loredana Napoli
Konvenut: Ministero della Giustizia – Dipartimento Amministrazione Penitenziaria
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2)(ċ), 14(2) u 15 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) – Effett dirett – Kors għall-kisba tal-istatus ta’ uffiċjal – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ assenza ġġustifikata għal iktar minn 30 jum konsekuttiv, l-esklużjoni mill-kors u l-iskrizzjoni fil-kors suċċessiv – Assenza minħabba leave tal-maternità
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, lil mara fuq leave tal-maternità minn taħriġ professjonali li jagħmel parti sħiħa mill-impjieg tagħha u li huwa obbligatorju sabiex hija tkun tista’ tistenna ħatra definittiva f’pożizzjoni ta’ uffiċjal kif ukoll sabiex tibbenefika minn titjib fil-kundizzjonijiet ta’ impjieg tagħha, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni tiggarantilha d-dritt li tipparteċipa fit-taħriġ suċċessiv organizzat, iżda li d-data tiegħu hija inċerta.
2)
l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/54 ma japplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tirriżervax attività speċifika biss għall-ħaddiema ta’ sess maskili, iżda li ddewwem l-aċċess għal din l-attività tal-ħaddiema nisa li ma setgħux jibbenefikaw minn taħriġ professjonali komplet minħabba leave tal-maternità obbligatorju.
3)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14(1)(ċ) u 15 tad-Direttiva 2006/54 huma suffiċjentement ċari, preċiżi u mingħajr kundizzjonijiet biex ikunu jistgħu jipproduċu effett dirett.
(1) ĠU C 86, 23.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy