15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-600/12) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Immaniġġar ta’ skart - Direttivi 2008/98/KE, 1999/31/KE u 92/43/KEE - Rimi ta’ skart fil-gżira ta’ Zakynthos - Park nazzjonali marittimu ta’ Zakynthos - Sit Natura 2000 - Fekruna tal-baħar Caretta caretta - Proroga tat-terminu tal-validità tal-klawżoli ambjentali - Assenza ta’ pjan ta’ konverżjoni - Operat ta’ landfill - Malfunzjonamenti - Saturazzjoni tal-landfill - Infiltrazzjoni tal-iskular - Kopertura insuffiċjenti u tixrid tal-iskart - Estensjoni tal-landfill))
2014/C 315/10
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u D. Düsterhaus, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika,
—
billi tibqa’ topera fil-gżira ta’ Zakynthos, f’Gryparaiika, fir-reġjun ta’ Kalamaki (il-Greċja), sit għar-rimi li għandu malfunzjonamenti, li huwa saturat u ma jirrispettax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ambjentali previsti fl-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll fl-Artikoli 8, 9, 11(1)(a), 12 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], u
—
billi ġġedded l-awtorizzazzjoni għal rimi fis-sit inkwistjoni mingħajr ma osservat il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa,
naqset mill-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 2.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy