14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)
(Kawża C-601/12 P) (1)
((Appell - Dumping - Regolament (KE) Nruo384/96 - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Skadenza tat-terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus - Effett))
2014/C 112/13
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u S. Boelaert, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti), European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (rappreżentant: J. Bourgeois, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-150/09, Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd vs Il-Kunsill, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy