22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Welmory sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku
(Kawża C-605/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 44 - Kunċett ta’ “stabbiliment fiss” tal-persuna li tirċievi servizzi - Post fejn il-provvisti ta’ servizzi huma kkunsidrati li ġew fornuti lil persuni taxxabbli - Tranżazzjoni intra-Komunitarja))
(2014/C 462/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Welmory sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku
Dispożittiv
L-ewwel persuna taxxabbli li tkun stabbiliet il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru, li tibbenefika minn servizzi fornuti minn tieni persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, għandha tkun ikkunsidrata bħala li għandha fi Stat Membru ieħor “stabbiliment fiss”, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, bil-għan tal-istabbiliment tal-post fejn jiġu ntaxxati dawn is-servizzi, jekk dan l-istabbiliment huwa kkaratterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-finijiet tan-negozju tiegħu, li għandu jiġi stabbilit mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 79, 16.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy