22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014 – Jean-François Giordano vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-611/12 P) (1)
((Appell - Politika komuni tas-sajd - Kwoti tas-sajd - Miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Kundizzjonijiet - Dannu reali u ċert - Drittijiet suġġettivi għas-sajd))
(2014/C 462/04)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Jean-François Giordano (rappreżentanti: D. Rigeade u A. Scheuer, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Giordano vs Il-Kummissjoni (T-114/11, EU:T:2012:585) hija annullata.
2)
Ir-rikors għad-danni ppreżentat minn Jean-François Giordano fil-Kawża T-114/11 huwa miċħud.
3)
Jean-François Giordano u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy