29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Helm Düngemittel GmbH vs Hauptzollamt Krefeld
(Kawża C-613/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Ftehim Ewro-Mediterranju mal-Eġittu - Artikolu 20 tal-Protokoll Nru 4 - Prova tal-oriġini - Ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 - Ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 ta’ sostituzzjoni maħruġ meta l-merkanzija ma tkunx iktar taħt il-kontroll tal-awtorità doganali ta’ ħruġ - Rifjut ta’ applikazzjoni tal-iskema preferenzjali)
2014/C 93/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helm Düngemittel GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Krefeld
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (ĠU 2004, L 304, p. 39), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni EU-Eġittu Nru 1/2006, tas-17 ta’ Frar 2006 (ĠU L 73, p. 1) — Ċertifikat ta’ moviment ta’ sostituzzjoni maħruġ a posteriori meta l-merkanzija ma tkunx iktar taħt il-kontroll tal-awtorità doganali ta’ ħruġ
Dispożittiv
(1)
Il-Ftehim Ewropew-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE, tal-21 ta’ April 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-oriġini Eġizzjana ta’ merkanzija, fis-sens tal-iskema doganali preferenzjali stabbilita permezz ta’ dan il-ftehim, tista’ tiġi pprovata anki meta l-merkanzija kienet diviża mal-wasla tagħha fl-ewwel Stat Membru bil-għan ta’ konsenja ta’ parti minn din lejn it-tieni Stat Membru u li ċ-ċertifikat ta’ moviment ta’ sostituzzjoni maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-ewwel Stat Membru għal parti minn din il-merkanzija mibgħuta lejn it-tieni Stat Membru ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tal-Protokoll Nru 4 għal dan il-ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni EU-Eġittu Nru 1/2006, tas-17 ta’ Frar 2006.
(2)
Madankollu, l-amministrazzjoni ta’ tali prova teħtieġ, minn naħa, li l-oriġini preferenzjali tal-merkanzija inizjalment importata mill-Eġittu tkun stabbilita permezz ta’ ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 maħruġ mill-awtoritajiet doganali Eġizzjani skont dan il-protokoll u, min-naħa l-oħra, li l-importatur juri li l-parti tal-merkanzija diviża fl-ewwel Stat Membru u mibgħuta lejn it-tieni Stat Membru tikkorrispondi għal parti mill-merkanzija importata mill-Eġittu fl-ewwel Stat Membru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 101, 06.04.2003.
Full & Egal Universal Law Academy