3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/43
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Sheilesh Shah, Akhil Shah vs Three-N-Products Private Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-14/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AYUURI NATURAL - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti AYUR - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)
2013/C 225/73
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Sheilesh Shah, Akhil Shah (rappreżentant: M. Chapple, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Three-N-Products Private Ltd (rappreżentant: C. Jäger, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011, THREE-N-PRODUCTS PRIVATE vs UASI — SHAH (AYUURI NATURAL) (T-313/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni R 1005/2009-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-1 ta’ Ġunju 2010, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “AYUURI NATURAL”, għal prodotti kklassifikati fil-klassijiet 3 u 5, fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarji figurattivi u verbali li jinkludu l-element verbali “AYUR”, għal prodotti kklassifikati fil-klassijiet 3 u 5 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Sheilesh Shah u Akhil Shah huma kkundannati għall-ispejjeż.
(3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 73, 10.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy