6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gyulai Törvényszék — l-Ungerija) — HERMES Hitel és Faktor Zrt vs Nemzeti Földalapkezelő Szervezet
(Kawża C-16/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Liġi dwar il-foresti - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 303/13
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HERMES Hitel és Faktor Zrt
Konvenuta: Nemzeti Földalapkezelő Szervezet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gyulai Törvényszék — Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn istituzzjoni finanzjarja u istituzzjoni pubblika — Emenda leġiżlattiva li tiddikjara extra commercium ċerti territorji ta’ foresta li qabel kienu beni in commercium — Emenda li tagħmel impossibbli l-bejgħ b’irkant pubbliku ta’ artijiet koperti mill-imsemmija ipoteka wara l-proċeduri ġudizzjarji li nbdew mill-kreditur għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt mid-debitur
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Jannar 2012.
(1) ĠU C 126, 28.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy