6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Lulju 2012 — Gino Trevisanato vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-25/12 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Procedura - Talba intiża għal inġunzjoni sabiex il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implementazzjoni ta’ direttiva - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 303/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Gino Trevisanato (rappreżentant: L. Sulfaro, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011, Trevisanato vs Il-Kummissjoni (T-510/11), li permezz tiegħu din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors kontra l-Kummissjoni intiż sabiex tieħu pożizzjoni dwar l-ilment ippreżentat mir-rikorrent — Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti opinjoni vinkolanti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327) — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
G. Trevisanato għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy