23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/38
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Settembru 2013 — Idromacchine Srl, Alessandro Capuzzo, Roberto Capuzzo vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-34/12 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Rikors għad-danni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni - Frażijiet li jistgħu joħolqu preġudizzju - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2013/C 344/65
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Idromacchine Srl, Alessandro Capuzzo, Roberto Capuzzo (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, aġent, assistit minn F. Ruggeri Laderchi, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2011, Idromacchine et vs Il-Kummissjoni (T-88/09), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet parzjalment rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minħabba l-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ informazzjoni li tiżgwida li b’mod partikolari tippreġudika l-immaġini u r-reputazzjoni ta’ Idromacchine fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 5426 finali, tat-30 ta’ Diċembru 2004, “Għajnuna mill-Istat — l-Italja — Estensjoni bi tliet snin tat-terminu ta’ kunsinna ta’ tanker — Stedina sabiex jiġu ppreżentati kummenti skont l-Artikolu 88(2) KE”- Dmir ta’ diliġenza — Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża — Assenza ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Idromacchine SpA kif ukoll Alessandro Capuzzo u Roberto Capuzzo huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.
(1) GU C 89, 24.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy