13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Saupiquet SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-37/12 P) (1)
(Appell - Tariffa Doganali Komuni - Kwoti tariffarji - Għeluq fil-Ħdud tal-uffiċċji doganali - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Imputabbiltà)
2013/C 108/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Saupiquet SAS (rappreżentant: R. Ledru, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u L. Keppenne, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-24 ta’ Novembru 2011, Saupiquet vs Il-Kummissjoni (T-131/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10005 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2009, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li jiġu rrimborsati lill-appellanti d-dazji fuq l-importazzjoni fuq tonn ippreservat li joriġina mit-Tajlandja — Għeluq tal-uffiċji doganali nhar ta’ Ħadd f’xi Stati Membri — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Interpretazzjoni żbaljata
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Saupiquet SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 89, 24.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy