13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Blacks Outdoor Retail Ltd, li kienet The Outdoor Group Ltd
(Kawża C-42/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark figurattiva - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)
2013/C 108/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Václav Hrbek (rappreżentant: M. Sabatier, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Blacks Outdoor Retail Ltd, li kienet The Outdoor Group Ltd (rappreżentant: M. S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-15 ta’ Novembru 2011, Hrbek vs UASI — Outdoor Group (Alpine Pro Sportswear & Equipment) (T-434/10), Václav Hrbek vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24, 25 u 28, kontra d-Deċiżjoni R 1441/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “alpine”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Václav Hrbek huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 31.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy