6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċizjoni preliminari mill-Giudice di Pace di Revere — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Majali Abdel
(Kawża C-75/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kwistjoni fil-kawża - Inammissibbilà manifesta)
2012/C 303/17
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di Pace di Revere
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Majali Abdel
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil- pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3)TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa lil barrani li daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li rrisjeda fih illegalment — Ammissibbiltà tar-reat ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin jew għal piena restrittiva ta’ libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Revere (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 118, 21.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy