3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/43
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães — il-Portugall) — Domingos Freitas, Maria Adília Monteiro Pinto vs Companhia de Seguros Allianz Portugal SA
(Kawża C-96/12) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil- mutur - Direttiva 72/166/KEE, Direttiva 84/5/KEE u Direttiva 90/232/KEE - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur - Responsabbiltà ċivili tal-assigurat - Kontribut tal-vittma għad-dannu - Esklużjoni jew limitazzjoni tad-dritt għal kumpens)
2013/C 225/74
Lingwa tal-kawża:il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Guimarães
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Domingos Freitas, Maria Adília Monteiro Pinto
Konvenuta: Companhia de Seguros Allianz Portugal SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal da Relação de Guimarães — Interpretazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249, b’mod partikolari l-Artikolu 1a tagħha), tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill [73]/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-Raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331) u tad-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14) — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jippermettu l-esklużjoni jew il-limitazzjoni tad-dritt tal-vittma għal kumpens f’każ ta’ aċċident fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni tagħha għad-dannu li ġarrbet hija stess — Aċċident bejn vettura bil-mutur u ċiklist ikkawżat minn dan tal-aħħar.
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, id-Direttiva 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u t-Tielet Direttiva Tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-dritt ta’ responsabbiltà ċivili li jippermettu l-esklużjoni jew il-limitazzjoni tad-dritt tal-vittma f’każ ta’ aċċident milli titlob kumpens għad-danni abbażi tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili tal-vettura bil-mutur involuta fl-inċident, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribut esklussiv jew parzjal ta’ din il-vittma għad-dannu tagħha stess.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012.
Full & Egal Universal Law Academy