13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Burgos — Spanja) — La Retoucherie de Manuela S.L. vs La Retoucherie de Burgos S.C.
(Kawża C-117/12) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Kompetizzjoni - Ftehim bejn impriżi - Artikolu 81 KE - Eżenzjoni skont il-kategoriji ta’ ftehim vertikali - Regolament (KE) Nru 2790/1999 - Artikolu 5(b) - Obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni impost fuq ix-xerrej fi tmiem ta’ kuntratt ta’ frankiġja - Bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perijodu tal-kuntratt)
2013/C 108/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Burgos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: La Retoucherie de Manuela S.L.
Konvenuta: La Retoucherie de Burgos S.C.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Burgos — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364) — Eżenzjoni skont il-kategoriji — Effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni mhux eżentati — Kundizzjonijiet imposti fuq ix-xerrej fi tmiem ta’ kuntratt ta’ frankiġja — Kunċett ta’ “bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perjodu tal-kuntratt”
Dispożittiv
L-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) [KE] għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem tal-frażi “bini u art minn fejn ix-xerrej ħadem waqt il-perjodu tal-kuntratt” jirreferi biss għall-postijiet li minnhom il-beni jew is-servizzi kuntrattwali huma offruti għall-bejgħ u mhux għat-territorju kollu li fih dawn il-beni jew servizzi jistgħu jinbiegħu b’kuntratt ta’ frankiġja.
(1) ĠU C 151, 26.05.2012.
Full & Egal Universal Law Academy