4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho do Porto — il-Portugall) — Sindicato dos Bancários do Norte, Sindicato dos Bancários do Centro, Sindicato dos Bancários do Sul e Ilhas, Luís Miguel Rodrigues Teixeira de Melo vs BPN — Banco Português de Negócios SA
(Kawża C-128/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tnaqqis tas-salarji għal ċerti ħaddiema tas-settur pubbliku - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 129/04
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sindicato dos Bancários do Norte, Sindicato dos Bancários do Centro, Sindicato dos Bancários do Sul e Ilhas, Luís Miguel Rodrigues Teixeira de Melo
Konvenuta: BPN — Banco Português de Negócios SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal do Trabalho do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21(1) u 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (ĠU 2000, C 364, p. 1) — Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni u rispett tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tnaqqis tas-salarji għal ċerti ħaddiema tas-settur pubbliku
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do trabalho do Porto (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Jannar 2012.
(1) ĠU C 151, 26 05.12.
Full & Egal Universal Law Academy